Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ madwar sular għoli minn residenza f’Birżebbuġa
L-inċident seħħ illum għall-ħabta tat-tlieta fi Triq San Mikiel, Birżebbuġa.
Il-Pulizija tad-Distrett flimkien mal-membri tal-Protezzjoni Ċivili marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li raġel ta’ 64 sena, għal xi raġuni, waqa’ madwar sular fir-residenza tiegħu.
Ir-raġel ittieħed immedjatament l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.