Raġel ta’ 57 sena mill-Imġarr idaħħal l-isptar isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ sular.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija meta r-raġel kien qed jagħmel xi xogħol f’residenza fi Triq San Pawl fl-Imġarr stess.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.