Raġel ta’ 58 sena minn Pembroke ndarab gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular waqt li kien qiegħed fuq sellum.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-11:30 fi Triq Fra Ġużeppe f’Pembroke.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post immedjatament marret ambulanza b’tim mediku li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.