Taljan ta’ 58, li joqgħod Birżebbuġa ndarab gravi wara li waqa’ minn fuq sellum, waqt li kien qed jaħdem fuq barra ta’ dgħajsa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-9:45 ta’ dalgħodu, fi Triq il-Port, iż-Żebbuġ Għawdex.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.