Raġel ta’ 58 sena mill-Iklin ġarrab ġrieħi gravi wara waqa’ minn fuq sellum.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:30 ta’ dalgħodu fi Triq il-Keffa fis-Swieqi.
Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.