Raġel ta’ 40 sena mill-Mosta ġarrab ġrieħi gravi wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar sular minn fuq sellum, waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ta’ manutezzjoni.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:15 ta’ dalgħodu f’dar li tinsab fi Triq iċ-Ċinju fil-Mosta.
Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ membri ta’ Protezzjoni Ċivili u tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.