Ġermaniż ta’ 31 sena, ġarrab ġrieħi gravi wara waqa’ minn fuq il-mutur li kien qiegħed isuq.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:15 ta’ dalgħodu, fi Triq il-Wied tal-Imsida, fl-Imsida.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li aktar tard ħadu lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin mill-Pulizija tad-Distrett.