Żagħżugħ ta’ 21 sena minn Raħal Ġdid indarab gravi wara li waqa’ minn fuq il-mutur li kien qed isuq tal-għamla SYM Symphony.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:00 tat-Tnejn filgħaxija fil-Ġnien Olimpiku, ix-Xemxija.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.