Raġel li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa, indarab gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2:00 ta’ waranofsinhar fi Triq Emvin Cremona, il-Floriana.
Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.