Sirjan indarab gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar ta’ żewġ sulari f’dar li fi Triq in-Naxxar, Birkirkara.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:30 ta’ dalgħodu.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin mill-Pulizija tad-Distrett ta’ Birkirkara.