Tuneżin ta’ 60 sena ġarrab ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular waqt li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni, li jinsab fi Trejqet l-Għaxra ta’ Awwissu, f’San Lawrenz, Għawdex.
L-inċident seħħ għall-ħabta 10:30 ta’ filgħodu.
Huwa ttieħed l-isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejja.