Sirjan ta’ 18-il sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li għal xi raġuni waqa’ xi għoli f’sit tal-kostruzzjoni fiż-Żejtun.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:00 tal-Erbgħa filgħaxija fi Triq Triq Kanonku Giovanni Dedamenico, iż-Żejtun.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei biex jieħu lill-vittma għall-kura, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.