Raġel ta’ 53 sena mill-Mosta qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn vettura fil-Mosta.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10am fi Triq il-Kostituzzjoni meta għal xi raġuni r-raġel intlaqat minn Toyota Passo li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 78 sena mill-Mosta ukoll.
Fuq il-post issejħu l-Pulizija tad-distrett flimkien ma’ tim mediku li ħadu r-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.