Raġel ta’ 26 minn Ħaż-Żebbuġ indarab gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur tal-għamla Yamaha YZFR6 li kien qed isuq, u baqa’ dieħel f’barrikata.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:00am tal-Ħadd, fi Triq is-Salini f’Baħar iċ-Ċagħaq.
Fuq il-post marru Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku tal-Emerġenza mill-Isptar Mater Dei, li ta l-ewwel għajnuna lir-raġel.
Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
Ritratti: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta