Raġel ta’ 50 sena li San Ġiljan, ġarrab ġrieħi gravi wara li qabditlu idu ma’ lift waqt li kien qed jagħmel xi xogħol, f’każin li jinsab fi Triq Pietru Pawl Saydon.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12:00pm.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li aktar tard ħadu lill-vittma l-Isptar Mater għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.