Raġel ta’ 27 sena mill-Belt indarab gravi wara li ntlaqat minn karozza tal-linja, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 48 sena mill-Ħamrun.
L-inċident seħħ fi Triq Diċembru Tlettax fil-Marsa għall-ħabta tad-9:15 tat-Tlieta filgħaxija.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.