Raġel ta’ 37 sena mill-Belarus, li joqgħod l-Imsida, ġarrab ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn mutur tal-għamla Kymco Agility, li kien qed jinstaq minn Serb ta’ 28 sena li joqgħod Birkirkara.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30 tal-Ġimgħa filgħaxija, fi Triq Tas-Sliema, il-Gżira.
Ir-raġel ta’ 37 sena ttieħed l-isptar Mater Dei għal aktar kura, filwaqt li r-raġel ta’ 28 sena ttieħed għall-kura f’ċentru tas-saħħa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.