Raġel ta’ 56 sena li jgħix il-Gżira ndarab gravi wara li ntlaqat minn karozza fix-Xatt tal-Gżira.
Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:00 tal-bieraħ filgħaxija, meta r-raġel intlaqat minn karozza li kienet qed tinstaq minn Eġizzjan ta’ 51 sena li jgħix Tas-Sliema.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.