Raġel ta’ 55 sena minn Birkirkara, indarab gravi wara li ntlaqat minn karozza tal-għamla Mazda Demio, li kienet qed tinstaq minn tfajla ta’ 24 sena mill-Kalkara.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:00 ta’ dalgħodu, fi Triq il-Vittmi Furjjaniżi tal-Gwerra, il-Furjana.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku li aktar tard ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.