Raġel ta’ 46 sena minn Ħal Qormi ġarrab ġrieħi gravi wara li nlaqat minn karozza tal-għamla Peugeot 106, li kienet qed tinstaq minn anzjan ta’ 79 sena minn Ħal Qormi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:45 ta’ filgħodu fi Triq Santu Rokku, f’Ħal Qormi, waqt li r-raġel kien qed jagħmel xi xogħol fuq sellum.
Fuq il-post isejħet l-assisenza ta’ tim mediku li aktar tard ħa lir-raġel l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.