Raġel ta’ 41 sena minn Ħal Luqa ndarab gravi wara li tilef il-kontroll tal-karozza u nqaleb f’Marsaxlokk.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħaxija fi Triq tax-Xerriek.
Fuq il-post immedjatament issejħet ambulanza b’tim mediku li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.