Raġel ta’ disgħa u għoxrin sena mill-Imsida ddaħħal l-isptar isofri minn ġrieħi gravi wara li nqaleb bil-karozza.
L-inċident ġara għal ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ dalgħodu fi Triq Reġjonali, l-Imsida.
Hu mifhum li r-raġel kien qed isuq karozza tat-tip Peugeot 206 meta għal xi raġuni tilef il-kontroll.
Fuq il-post marret il-pulizija u ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar għal kura.