Serb ta’ 41 sena, li joqgħod San Pawl il-Baħar, indarab gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u waqa’. Flimkien mar-raġel kien hemm riekeb fuq il-mutur tifel ta’ disa’ snin, li ġarrab ġrieħi ħfief.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:00 tal-lbieraħ filgħaxija, fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar.
Fuq il-post intalbet l-għajnuna ta’ tim mediku, li aktar tard ħadu lir-raġel u t-tifel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.