Raġel ta’ 43 sena mir-Rabat indarab gravi wara li ħabat bil-mutur tal-għamla Yamaha li kien qed isuq ma’ karozza tat-tip Alfa Romeo li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 66 sena.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:30 ta’ dalgħodu fi Triq Sir Temi Zammit l-Imġarr.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.