Raġel ta’ 47 sena mill-Mosta ġarrab ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur tal-għamla Kawasaki, li kien qed isuq u waqa’.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-9:50 ta’ dalogħu fi Triq Vjal l-Indipendenza, il-Mosta.
Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku li aktar tard ħa lir-raġel l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.