Sirjan ta’ disgħa u għoxrin sena, li jgħix Ħaż-Żebbuġ qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ndarab b’arma li taqta’ u bil-ponta.
Minn investigazzjonijiet tal-Pulizija jidher li s-Sirjan kien involut f’argument ma’ Sirjan ieħor f’garaxx li jinsab fi Triq il-Kappar, il-Mosta.
Kien għall-ħabta tal-10:00 tat-Tlieta filgħaxija, meta l-Pulizija kienet infurmata li fl-emerġenza daħlet persuna feruta f’għonqha.
Minnufih bdiet t-tfittxija għall-aggressur.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett tal-Mosta għadhom għaddejjin.