Raġel ta’ 42 sena mill-Belt, ġarrab ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument flimkien ma’ raġel ta’ 32 sena mill-Ħamrun, u mara ta’ 37 sena mill-Imsida.
Il-każ seħħ fil-12:15, fi Triq il-Marfa l-Mellieħa.
Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.