Barrani li għandu 46 sena u li joqgħod San Pawl il-Baħar indarab gravi wara li raġel li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa weġġa’ lill-vittma, seraqlu l-mobile u aktar tard ħarab minn fuq il-post.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-għaxra tal-bieraħ filgħaxija, fi Pjazza Antoine De Paule, Raħal il-Ġdid.
Il-vittma mar jirrapporta l-każ fl-Għassa ta’ Raħal il-Ġdid mimli dmija.
Aktar tard huwa ngħata l-kura ġewwa ċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal il-Ġdid.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.