Raġel ta’ 51 sena mill-Belt weġġa’ gravi wara li kien aggredit fil-Belt.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:30 tas-Sibt filgħaxija fi Triq Tat-Teatru l-Antik.
Kien ir-raġel stess li mar l-għassa tal-Belt jirrapporta li kien aggredit minn raġel ieħor.
Il-Pulizija sejħet għall-assistenza medika.
Aktar tard ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet u bit-tfittxijiet għall-aggressur.