Raġel ta’ 37 sena, li joqgħod iż-Żurrieq, ġarrab ġrieħi gravi wara li waqa’ minn għoli, wara li ċeda saqaf tal-ħġieġ bih, waqt li kien qed jagħmel xi xogħlijiet fuqu.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:15 ta’ dalgħodu, fil-limiti ta’ Ta’ Qali.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.