Raġel ta’ 53 sena minn Raħal il-Ġdid indarab gravi wara li ċeda saqaf ta’ dar li tinsab fi Pjazza Antoine De Paule, f’Raħal il-Ġdid.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3:10 ta’ waranofsinhar.
Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin mill-Pulizija tad-Distrett.