Raġel ta’ 38 mill-Qala, ġarrab ġrieħi gravi wara li għal xi raġuni ħabat bil-karozza li kien qed isuq ġo ħajt.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2:00pm, fi Triq ir-Rabat fin-Nadur.
Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-Isptar Ġeneral t’Għawdex għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.