Raġel ta’ 43 sena minn Ħaż-Żebbuġ qed issofri minn ġrieħi gravi wara li dalgħodu kien involut f’inċident stradali f’Ħaż-Żebbuġ stess.
Kien għal ħabta tal-11 ta’ filgħodu lill-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ impatt bejn mutur tat-tip Kawazaki u vettura oħra li telqet minn fuq il-post fi Triq Dun Karm Psaila.
Fuq il-post isejjaħ tim mediku biex jassiti lill-midrub fejn ittieħed l-isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.