Raġel ta’ 62 sena li jgħix l-Isla ndarab gravi wara li kien involut f’ħabta bejn mutur u karozza f’Bormla.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:00pm tal-Erbgħa filgħaxija, meta Toyota IQ li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 42 sena li jgħix Wied il-Għajn, ħabtet ma’ mutur Yamaha misjuq mill-vittma.
Dan tal-aħħar ingħata l-ewwel għajnuna fuq il-post qabel ma ttieħed l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.