Żagħżugħ ta’ 24 sena mis-Swieqi qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-erbgħa kien involut f’argument f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ f’ristorant fi Triq San Ġorġ, meta għal xi raġuni qam argument bejn il-vittma li huwa Malti, u Ingliż ta’ 34 sena. Allegatament, iż-żagħżugħ Malti ġie aggredit waqt l-argument u sofra xi ġrieħi.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-Ingliż qed jinżamm mill-Pulizija biex jgħin fl-investigazzjonijiet.