Raġel ta’ 29 sena mill-Eritrea jindarab gravi wara li seħħ argument bejn numru ta’ persuni f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ għal ħabta tal-5:30 a.m. fi Triq san Ġorġ, San Ġiljan.
Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei fejn hemmhekk ġie ċċertifikat li qed ibati minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.