Raġel ta’ 53 sena minn Raħal il-Ġdid indarab gravi waqt li kien qed jaħdem b’chaser.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:15 ta’ filgħodu f’razzett li jinsab fi Triq Giuseppe Garibaldi f’Raħal il-Ġdid.
Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku li aktar tard ħa lir-raġel l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.