Raġel ta’ 49 sena minn Ħaż-Żebbuġ indarab gravi waqt xogħol ta’ manutenzjoni f’Ħal Għaxaq.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu fi triq il-Belt Valletta.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel sofra ġrieħi f’idejh waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ta’ manutenzjoni fuq trakk.
Ir-raġel kien assistit minn tim mediku, filwaqt li ttieħed l-isptar Mater Dei permezz t’ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.