Raġel ta’ 41 sena mill-Imsida ndarab gravi f’inċident li seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs fi Triq l-Isqof Buhagiar f’Raħal Ġdid.
Minn stħarriġ prelimari rriżulta li l-vittma kien qed isuq mutur tat-tip Kymco meta seħħ impatt ma’ vettura tal-għamla Suzuki Baleno misjuqa minn raġel ta’ 61 sena miż-Żejtun.
Is-sewwieq tal-mutur mar ġo Ċentru tas-Saħħa fejn aktar tard ġie iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni dwar dan l-inċident għadha għaddejja.