Raġel indarab gravi f’inċident bil-mutur fi Triq il-Kosta.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tad-disgħa u ħames minuti ta’ filgħodu fi Triq Tul il-Kosta, Baħar iċ-Ċagħaq.Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari irriżulta li raġel ta’ 45 sena, residenti Bormla, għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq u waqa’.
Il-mutur, tat-tip Kawasaki, kien qiegħed jiġi misjuq fid-direzzjoni lejn San Ġiljan, meta seħħ l-inċident.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura. Iktar tard, huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.