Raġel ta’ madwar tletin sena weġġa’ wara li l-mutur li kien qed isuq kellu mpatt ma karozza tat-tip Hyundai misjuqa minn mara. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax u nofs fi Triq Ħat-Tarxien f’Raħal Ġdid.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei fejn ħadu lill-vittma l-isptar. Ix-xufier tal-karozza ingħatat il-kura fuq il-post minħabba x-xokk li sofriet.
Kawża tal-inċident it-triq għamlet xi ħin magħluqa mill-Pulizija.
L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tad-distrett ta’ Raħal Ġdid.