Raġel ta’ nazzjonalità Sirjana, li għandu 41 sena residenti Raħal Ġdid, allegatament safa midrub b’martell wara li kien involut f’argument ma’ raġel ieħor.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1:00 ta’ wara nofsinhar meta l-Pulizija rċiviet rapport li kien hemm argument jaħraq bejn tliet persuni fi Triq il-Foss f’Raħal Ġdid.
Meta l-Pulizija marret fuq il-post sabet li kien hemm żewġ persuni involuti, ir-raġel il-midrub u raġel ieħor ta’ nazzjonalità Sirjana li għandu 28 sena u residenti l-Marsa, li allegatament kellu l-martell.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lir-raġel il-midrub l-Isptar Mater Dei. L-aggressur ġie arrestat fuq il-post mill-Pulizija.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.