Żagħużgħ Franċiż ta’ 29 sena ħelisha ħafif wara li ddaħħal l-isptar wara li kien involut f’inċident ma’ karozza fi Triq Tignè f’Tas-Sliema.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-19:00 tal-Erbgħa filgħaxija meta l-Franċiż residenti Tas-Sliema kien involut f’ħabta ma’ karozza tat-tip Volkswagen Golf misjuqa minn żagħżugħ ta’ 20 sena minn San Ġwann.
Fortunatament il-vittma qed isofri biss minn ġrieħi ħfief.