Il-ħinijiet tat-Tidal Lane qed jinbidlu sabiex jittieħed inkonsiderazzjoni it-traffiku waqt il-ħinijiet tax-xogħol tas-sajf u b’hekk tkun aktar effiċjenti.
Il-ħinijiet tad-Tidal Lane huma kif ġej: Mill-Ħadd sal-Ħamis, fid-disgħa ta’ filgħaxija (21:00hrs) tinqaleb direzzjoni lejn il-Belt biex ikun hemm tlett lejns direzzjoni lejn il-Belt u lejn waħda direzzjoni lejn Raħal Ġdid; it-Tnejn biss, fis-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar (14:30hrs) tinqaleb direzzjoni lejn Raħal Ġdid biex ikun hemm żewġ lejns f’din id-direzzjoni u żewġ lejns lejn il-Belt; it-Tlieta sal-Ġimgħa fis-siegħa ta’ waranofsinhar (13:00hrs) tinqaleb direzzjoni lejn Raħal Ġdid biex ikun hemm żewġ lejns f’din id-direzzjoni u żewġ lejns lejn il-Belt.
Is-sistema tad-Tidal Lane tbiddel id-direzzjoni tat-traffiku biex it-triq tiflaħ għal numru akbar ta’ vetturi f’direzzjoni jew oħra.
Transport Malta tfakkar li l-aċċess għall-vetturi mill-Baċir numru 7 ser ikun magħluq minn għada 8 ta’ Lulju mis-sebgħa ta’ filgħaxija (19:00hrs). Dan għaliex ix-xogħol fuq il-Mediterranean Maritime Hub issa wasal f’fażi ġdida.