MaltaPost tinforma lill-pubbliku li s-Sub Uffiċċju tal-Posta li jinsab f’‘Welcome Bazaar’, Frenc Abela Square, Dingli, DGL 1081 se jingħalaq fl-1 ta’ Novembru.
Mit-2 ta’ Novembru 2017, ir-residenti ta’ Ħad-Dingli huma mitluba jużaw is-Sub Uffiċċju talPosta ta’ Ħad-Dingli li jinsab gewwa‘L-Għajn Stationery’ 100 Main street, Ħad-Dingli DGL 1837.
F’dan is-Sub Uffiċċju il-klijenti jistgħu jinqdew minn diversi servizzi postali bħall-posta lokali u internazzjonali ordinarja u reġistrata, bejgħ ta’ bolol tal-pustaġġ, ġbir ta’ pakketti reġistrati jew bulky kif ukoll ħlas ta’ kontijiet u money orders. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma dawn:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 7.00am – 12.00pm, 4.00pm – 7.00pm
Is-Sibt 7:00am – 12:00pm
Intant biex ittejjeb l-aċċess għas-servizzi postali għall-pubbliku, MaltaPost introduċiet Sub Uffiċċju Postali ġdid fiż-Żurrieq.
F’dan is-Sub Uffiċċju il-klijenti jistgħu jinqdew minn diversi servizzi postali bħall-posta lokali u internazzjonali ordinarja u reġistrata, bejgħ ta’ bolli tal-pustaġġ, kif ukoll ħlas ta’ kontijiet u money orders.
L-indirizz ta’ dan is-Sub Uffiċċju Postali li ħa jiftaħ fl-1 ta’ Novembru huwa ‘AZ Stationery’, Vjal l-Indipendenza, Zurrieq ZRQ 2339.
Il-ħinijiet tal-ftuħ huma dawn:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 6.00am – 12.00pm, 4.00pm – 7.00pm
Is-Sibt 6:00am – 12:00pm