Fiċ-Ċina beda jinbena sptar ġdid għal madwar 1,000 sodda bl-għan li jitlesta x-xogħol f’temp ta’ ħamest ijiem sabiex jkun jista jagħti l-kura lil diversi vittmi li ntlaqtu minn dan il-virus qattiel.
Ix-xogħol fuq il-binja beda li ser tkun bbażata fiċ-ċentru tal-belt ta’ Wuhan fil-provinċja ta’ Hubei. Il-binja ser tinbena bl-istess stil tal-binja li kienet ġiet mibnija fid-dawl ta’ meta faqqgħet l-epidemija SARS 17-il sena ilu.
Mal-45 makkinarju jinsabu għaddejjin fuq ħidma ntensiva fuq is-sit bl-għan li x-xogħol jkun lest sa nhar it-Tnejn li ġej. Il-binja ser tkun pre-fabbrikata għaldaqstant mhux talli ser tinbena malajr iżda li mhux ser tiswa wisq lil but.
L-iskop wara dan huwa sabiex tissolva l-problema eżistenti ta’ riżorsi medikali.