Fid-Danimarka nbena l-itwal kastell tar-ramel fid-dinja.
B’tul ta’ aktar minn wieħed u għoxrin metru, dan il-kastell inbena fil-belt ta’ Blokhus.
L-istruttura, li ssaħħet bil-kolla u t-tafal, ħadet xejn inqas minn erbat elef, tmien mija u sittin tunnellata ta’ ramel biex inbniet.
Dan il-kastell huwa miftuħ għall-viżitaturi u se jibqa’ hemm sax-xitwa.