Ir-raġel ta’ 27 sena minn Nadur ngħata sentenza ta’ 6 xhur ħabs u multa ta’ €1,000, wara li fl-20 ta’ Diċembru ġie arrestat b’rabta ma’ pussess ta’ droga kokaina u kannabis.
L-imputat ġie akkużat wkoll li rrenda ruħu riċediv. Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Anthony Scerri.