Raġel ta’ 36 sena minn Ħal Għaxaq weħel 18-il xahar ħabs wara li ammetta li xerred u li kellu fil-pussess tiegħu materjal pornografiku ta’ tfal bararnin.
F’seduta ppreseduta mill-Maġisrat Gabriella Vella nstema’ kif il-pulizija aġġixxiet wara li ngħata ħjiel mingħand persuna anonima dwar dan il-każ.
Fil-Qorti r-raġel deher emozzjonat. Hu kien akkużat li xtara materjal pornografiku li jinkludu ritratti u filmati.
Minbarra s-sentenza ta’ ħabs huwa tpoġġa taħt ordni ta’ kura għal sentejn sabiex ikun jista’ jegħleb il-kilba li għandu għall-materjali pornografiku.
Il-Qorti poġġiet divjet fuq isem ir-raġel.
Il-Prosekuzzjoni kienet imexxija mill-Ispettur Roxanne Tabone. Filwaqt li għall-akkużat deher l-avukat Mario Mifsud.