Il-Prim Ministru Robert Abela u l-President tal-Kunsill tal-Presidenza Libjan tal-Gvern t’Għaqda Nazzjonali Fayez Mustafa Serraj inawguraw iċ-ċentru ta’ kordinazzjoni bejn Malta u l-Libja, f’Belt is-Sebħ.
Dwar dan iċ-ċentru l-Gvern Malti u dak Libjan rikonoxxut mill-Ġnus Magħquda kienu ffirmaw ftehim f’Mejju li għadda fi Tripli, waqt żjara li għamel il-Prim Ministru Malti.
Dakinhar iż-żewġ Gvernijiet qablu li jistabbilixxu ċentru ta’ kordinament fil-pajjiżi rispettivi sabiex jiġi miġġieled it-traffikar uman u l-immigrazzjoni llegali.